[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Żfin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Żewġ żeffiena
Iż-żfin, l-iskultura Il-Henryk Jan Dominiak Mużew tal-Arti Professjonali Minjatura f'Tychy.

Iż-żfin, huwa wieħed mit-tliet arti xeniċi tal-antikità, flimkien mat-teatru u l-mużika, u jikkonsisti f'movimenti tal-ġisem skont partitura stabilità (koreografija) jew improvizzata (bħal fiż-żfin liberu jew ħieles). Ħafna drabi ż-żfin jkun akkumpanjat mill-mużika jew kompożizzjonijiet sonori.

Iż-żfin huwa espressjoni bażika artistika tal-bniedem, għax bħala strument jutilizza il-ġisem stess. Iż-żfin kien, u għadu, jifforma parti importanti mir-ritwali, mit-talb u mill-festi popolari, kif ukoll minn okkażjonijiet soċjali oħra bejn in-nies (bħalma jiġri fid-diskoteki). Matul iż-żminijiet, din l-arti kienet il-mera tas-soċjetà, tal-ħsieb u tal-imġieba tal-bniedem.